St Michael’s cave and passage

Taħt Villa Sirena / Davies, wieħed isib l-Għar ta’ Mikelin li fih tinsab statwa tal-Madonna. Probabilment il-passaġġi li jinsabu fl-għar kienu jwasslu għall-mina u xelters li kienu ġew skavati matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Hemm leġġenda marbuta ma dan l-għar li tirrakkonta l-istorja ta’ sirena li waqt maltempata daħlet tistkenn ġewwa dan l-għar. Is-sirena kellha magħmul fuqha li jekk tbus bniedem issir tal-ġebel. Hija kienet toqgħod fuq il-blat tkanta. Dan ġibed l-attenzjoni tas-sajjieda li ma setgħux jifhmu minn fejn kien ġej il-kant. Ġurnata waħda, sajjied żagħżugħ sema’ l-kant u daħal bil-mod fl-għar biex jara min kien qed ikanta. Hemmhekk ra lis-sirena. Is-sajjied sar iħobbha u ġurnata waħda biesha u minnufih is-sirena saret tal-ġebel. Fl-għar wieħed isib sirena minquxa fil-blat. Għal din ir-raġuni l-Għar ta’ Mikelin sar magħruf ukoll bħala ‘l-Għar tas-Sirena’.

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print