Dwarna
L-iskop ewlieni tal-Fondazzjoni Kottonera huwa li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies kollha li jgħixu fil-Kottonera. Wieħed mill-għanijiet tagħna huwa li fil-Kottonera jkun hawn riġenerazzjoni sinifikanti li tikkonsisti f’infrastruttura aħjar u fl-istess ħin intejbu u nħarsu ż-żona storika tal-Kottonera.
Illum, il-Kottonera hija komunità fi tranżizzjoni u għalhekk il-Fondazzjoni Kottonera qed tara li din it-tranżizzjoni tkun waħda ta’ suċċess.
Għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-għanijiet tal-Fondazzjoni Kottonera “li tfittex li tejjeb l-istandards ambjentali u soċjali fiż-żona tal-port ta’ ġewwa, kemm b’obbjettivi ta’ riġenerazzjoni kemm għal żmien qasir kif ukoll fit-tul”, huma meħtieġa żewġ passi importanti. Il-mixja lejn l-ekwità interġenerazzjonali li tenfasizza l-kunċett ta’ żvilupp sostenibbli se tipprovdi lill-Kottonera b’wirt u se taħdem biex fit-tul il-komunitajiet tal-lokalitajiet iħossuhom parti sħiħa mill-post.
Il-Fondazzjoni tikkoordina mal-Ministeri fdati bl-implimentazzjoni u t-tmexxija ‘l quddiem tal-miżuri misjuba fl-istrateġija. Għalhekk, il-Fondazzjoni Kottonera tissorvelja l-proċess tal-azzjoni u tirrevedi l-istrateġija fir-rigward ta’ ċirkostanzi ġodda li jistgħu jinqalgħu maż-żmien. Il-Fondazzjoni Kottonera tinsab f’kuntatt mill-qrib mal-Kunsilli Lokali li huma kruċjali għas-suċċess tal-istrateġija biex jiġi żgurat li l-approċċ minn isfel għal fuq li kkaratterizza l-abbozzar tal-istrateġija jinżamm ukoll fl-implimentazzjoni tiegħu.

Proġetti
Sa mill-bidu tagħha, il-Fondazzjoni Kottonera diġà kkollaborat ma’ diversi entitajiet biex toħloq diversi proġetti. F’din it-taqsima se jiġu deskritti l-proġetti attwali u futuri li se jsiru fl-Isla, l-Birgu, Bormla u l-Kalkara.
Explore Malta
L-Istorja
Il-Kottonera hija komposta mit-Tliet Ibliet: Bormla, l-Birgu u l-Isla, u l-lokalità tal-Kalkara. It-Tliet Ibliet huma magħmula minn żewġ peniżoli li jisporġu fil-Port il-Kbir, li fuqhom jinsabu l-Birgu u l-Isla; u t-tielet belt, Bormla li tgħaqqad liż-żewġt ibliet l-oħra u hija mdawra mil-linji tal-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera u ta’ Santa Margerita. Ir-raba’ lokalità, il-Kalkara li hija l-akbar waħda mill-erba’ lokalitajiet tinsab fit-tramuntana tat-Tliet Ibliet.
Il-lokalitajiet tal-Kottonera għandhom kultura u storja prestiġjuża ħafna. Meta l-kavallieri ta’ San Ġwann waslu Malta l-belt kapitali ta’ dak iż-żmien kienet l-Imdina; iżda l-Kavallieri għażlu li jmexxu l-bażi tagħhom il-Birgu biex ikunu viċin il-port. It-tlett ibliet kienu ta’ importanza kbira biex Malta tirbaħ l-Assedju l-Kbir minħabba l-post strateġiku tagħhom. Il-Kavallieri irrikonoxxu l-irwol kruċjali ta’ Bormla, il-Birgu u l-Isla fid-difiża tal-gżejjer Maltin u onorawhom billi tawhom it-titlu ta’ bliet. Bormla ingħatat it-titlu ta’ Città Cospicua, il-Birgu t-titlu ta’ Città Vittoriosa u l-Isla Città Invicta. Fit-tieni gwerra dinija, il-lokalitajiet tal-Kottonera kienu kontinwament ibbumbardjati mill-għadu b’tali mod li twaqqa’ ħafna mill-bini. Saru ħsarat estensivi tant li ċerti fortifikazzjonijiet għadhom isofru l-konsegwenzi sal-ġurnata tal-lum.



Blogs
The localities of Cottonera are very rich in culture and history.
See the latest blogs
Ikkuntatjana
Ċempel:
(+356) 2558 4300
Email:
info@kottonera.mt
Indirizz:
24, Victory Street Senglea,
Malta Senglea Isla, ISL 1166