Din is-sena l-Pink October apparti li qed tagħti għarfien dwar il-Kanċer tas-Sider qed tiffoka wkoll fuq kanċers oħra tan-nisa prinċipalment fuq il-Kanċer fl-Ovarji u l-Kanċer Ċervikali. Barra minn hekk, qed tqajjem kuxjenza fuq is-saħħa tal-irġiel b’mod partikulari fuq il-Kanċer tal-Prostata u l-Kanċer tat-Testikoli. Matul dan ix-xahar kollu, il-Fondazzjoni Kottonera qed tixgħel il-faċċata tagħha fir-roża biex tippromwovi l-għarfien fuq il-Kanċer tas-Sider. Il-Fondazzjoni Kottonera tixtieq tagħti l-appoġġ tagħha lin-nisa u l-irġiel kollha li qed jiġġieldu kontra l-marda tal-Kanċer.