Għall-kunċert attendew iċ-chairman tal-Fondazzjoni Kottonera, l-Onorevoli Glenn Bedingfield, il-Prim Imħallef ta’ Malta, is-sindki u l-kunsilliera tal-lokalitajiet tal-Kottonera, kif ukoll diversi gruppi u nies li taw u għadhom jagħtu l-kontribut tagħhom lit-tlett ibliet u l-Kalkara.
Bħala ringrazzjament l-Arċipriet tal-Isla irregala lil Onorevoli Glenn Bedingfield medalja li l-Paroċċa tal-Isla ħarġet fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-għoti tal-ġieħ tal-Bażilika kif ukoll tal-mitt sena mill-inkurunazzjoni tal-Marija Bambina u ktieb li jfakkar il-mitt sena Inkurunazzjoni. Iċ-chairman tal-Fondazzjoni Kottonera Glenn Bedingfield irregala plakka ta’ rikonoxximent lill-Arċipriet tal-Isla Rev. Kan. Robin Camilleri. Fl-għeluq tad-diskors tiegħu Glenn Bedingfield qal li l-Fondazzjoni Kottonera qed tagħmel pjan ta’ riġenerazzjoni kif ukoll restawr fil-Kottonera iżda fuq kollox taħdem għan-nies għaliex in-nies huma dak li jagħmlu dawn l-ibliet ħajjin.