Il-Fondazzjoni Kottonera u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali​ se jniedu proġett innovattiv li għandu l-għan li jtejjeb l-għarfien fuq l-istorja tal-Kottonera.

Dan il-proġett bl-isem ta’ EXPLORE MALTA se jkun qed jikkonsisti f’informazzjoni u ritratti tal-postijiet ta’ interess li jinsabu fil-lokalitajiet tal-Kottonera. Kull min jixtieq iżur dawn il-postijiet storiċi jista’ jkollu aċċess għall-informazzjoni dwar il-post partikolari mill-ismartphone tiegħu stess billi jniżżel l-applikazzjoni li ġġib l-isem EXPLORE MALTA. Din l-applikazzjoni li tuża l-bluetooth tiddentifika l-postijiet ta’ interess li jinsabu fil-madwar u tagħti informazzjoni kif ukoll turi ritratti tal-postijiet magħżula.