Il-festival huwa miftuħ għal baned kollha ta’ Malta u Għawdex. Erba’ baned se jintgħażlu biex idoqqu fil-Kottonera fit-tieni u fit-tielet ġimgħa ta’ Mejju iżda din l-attività se tkun suġġett għar-regolamenti tas-Saħħa Pubblika. Il-baned li jintgħażlu se jikkomponu kompożizzjonijiet ġodda biex jindaqqu fil-festival. Id-direttur mużikali se jkun is-surmast Ray Sciberras.
Il-Ministru Herrera qal li din l-inzjattiva se tistimula aktar ħeġġa u interess fil-każini tal-baned Maltin li jiffurmaw parti mill-identità Maltija. Il-Ministru spjega li bħalissa għaddejja ħidma biex il-festa Maltija tkun fil-lista tal-wirt dinji kulturali tal-UNESCO.
Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera Glenn Bedingfield qal illi din l-attività se tkun waħda minn sensiela ta’ attivitajiet li se jkunu qed isiru. Il-każini tal-banda għandhom irwol importanti fl-attivitajiet soċjali u kulturali f’Malta u b’hekk dan il-festival tnieda biex jagħti pjattaforma nazzjonali lill-każini tal-baned u kompożizzjonijiet ġodda.
Minister Herrera said that this initiative will stimulate more eagerness and interest in Maltese band clubs which form part of the Maltese identity. Currently, work is being done to enlist the Maltese feast in the list of Intangible Cultural Heritage under UNESCO.
The Kottonera Foundation chairman Glenn Bedingfield stated that this event is one of the series of events that will be taking place. Band clubs have an essential role in the social and cultural activities in Malta thus this festival was launched to give a national platform to band clubs and new compositions.