Niċċa tal-Bojja – Kurċifiss (Pjazza)

Fil-Pjazza tal-Birgu, naraw Kurċifiss skolpit fil-ġebel imqiegħed ġo niċċa żgħira. Il-kurċifiss hu msemmi fl-istorja għax quddiemu jingħad li kienu jsiru l-eżekuzzjonijiet fi żmien l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann fis-seklu sittax. L-ikkundanati kienu jiġu imwassla fil-post tal-esekuzzjoni mill-Fratelli ta’ San Ġużepp tal-Birgu. Fil-fatt fil-Museum tal-Parroċċa li hemm fl-Oratorju ta’ San Ġużepp hemm salib proċessjonali u żewġ lanterni li kienu jimxu fuq quddiem. Wieħed mill-każijiet ta’ esekuzzjoni li l-aktar jisemma li seta’ sar hawn, hu dak tal-ħruq tal-qassis Franċiż Francesco Gesualdo fl-1546, hekk kif ġie kundanat għall-mewt wara li nstab ħati li kien eretiku.

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print