Dock Clock

L-arloġġ tal-Isla nbena mill-Ingliżi fl-1908. L-arloġġ għandu erba’ uċuħ u jħares lejn it-tliet ibliet. Il-makkinarju tiegħu ġie mmanifatturat fl-1905 minn John Smith & Sons, Midland Clock Works, Derby. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija ż-żona ġiet ibbumbardjata ħafna iżda fortunatament l-arloġġ qatt ma ntlaqat u qatt ma waqaf jaħdem. Aktar tard, l-arloġġ tal-Isla ġie mgħoddi lill-Malta Drydocks li kienet responsabbli mill-manutenzjoni tiegħu. 

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print