Iċ-ċimiterju Lhudi

Iċ-ċimiterju Lhudi tal-Kalkara huwa l-eqdem ċimiterju Lhudi li għadu jeżisti f’Malta. Huwa madwar 9 metri bi 12-il metru u huwa 2.5 metri ‘l fuq mil-livell tat-triq li jindika bidliet strutturali matul is-snin. Fiċ-ċimiterju, illum wieħed isib tnax-il oqbra identifikati, erba’ oħrajn mhux identifikati, lapida, u diversi fdalijiet li kollha jmorru lura għas-Seklu 19.

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print