Royal Navy Hospital Bighi

Fl-1675 Fra Giovanni Bighi li kien in-neputi tal-Papa Alessandru VII bena villa fil-Kalkara biex jużaha bħala residenza tas-Sajf. Matul il-perjodu Brittaniku, saru diversi espansjonijiet fil-bini biex ikun jista’ jintuża bħala sptar u b’hekk sar magħruf bħala l-Isptar Navali Bighi. Fis-Sebgħinijiet, ir-Royal Navy ħalliet il-binja għall-aħħar darba u Villa Bighi waqfet isservi bħala sptar. Mill-2010 bdiet isservi bħala l-head office ta’ Heritage Malta: l-aġenzija nazzjonali tal-mużewijiet, konservazzjoni prattika u wirt kulturali.

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print