Siculo – Id-Dar Normanna

Id-Dar Normanna hija waħda mill-eqdem binjiet fil-Birgu u hija maħsuba li tmur lura għas-seklu 13. Hija mibnija fuq stil Sikulo-Norman. It-terminu Sikulo-Norman jirreferi għall-istil arkitettoniku li evolva matul l-okkupazzjoni Normanna fi Sqallija li mbagħad ġie esportat lejn Malta meta Malta kienet taħt Sqallija u taħt in-Normanni. Illum il-ġurnata d-dar Normanna hija binja privata u sservi bħala mużew li huwa miftuħ għal pubbliku. 

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print