Dockyard Terrace

Id-Dockyard Terrace ġie mibni fis-snin 1550 matul il-maġistratura tal-Gran Mastru Fra Claude de La Sengle biex iservi bħala residenza. Matul il-perjodu Ingliż (1800-1964) dan il-bini li hu mifrux fuq 4 sulari serva bħala kwartieri tal-armata qabel ma ngħata lill-flotta Ingliża u sar parti mir-Royal Naval Dockyard minn fejn ħa l-isem attwali tiegħu. Matul dan il-perjodu, l-aċċess għat-Tarzna kien limitat b’bieb b’arkata fix-xatt u pontun għall-aċċess dirett tal-kmandant li jkun ġej mill-kwartieri ġenerali fil-Forti Sant’Anġlu.

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print