The Collachio Area

Meta l-kavallieri ta’ San Ġwann waslu Malta marru joqgħodu l-Birgu biex jgħixu fl-inħawi tal-port intern sabiex ikunu viċin il-flotta tagħhom. Huma marru joqogħdu f’żona partikolari fil-Birgu li saret magħrufa bħala l-Collachio. Hawnhekk huma segwew l-istess mudell tas-soġġorn tagħhom f’Rodi fejn kellhom żona privata riservata għalihom, iżda fil-Birgu kien impossibbli li jkollhom aċċess esklussiv għall-Collachio. F’din iż-żona l-kavallieri bnew il-bereġ tagħhom fosthom il-Berġa ta’ Franza u l-Berġa tal-Ingilterra li tnejn li huma għadhom intatti. Din iż-żona antika hija mimlija storja u memorji fejn wieħed jista’ jara kulturi differenti jiżvolġu, li jvarjaw mill-Medju Evu għar-Rinaxximent u l-Barokk bi fdalijiet evidenti li taw lil Malta l-arkitettura domestika tipika tagħha.

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print