Peress li wieħed mill-voti prinċipali tal-kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann kien li jieħdu ħsieb u jfejqu lill-morda, meta l-Ordni waslet Malta bdiet tfittex post li tkun tista’ tbiddel fi sptar. Peress liż-żona kienet diġà mibnija, xi djar twaqqgħu biex jagħmlu spazju għall-isptar il-ġdid. L-ewwel ġebla tal-Infermerija tqiegħdet mill-Gran Mastru L’Isle Adam f’Novembru tal-1532. Il-kostruzzjoni tal-isptar damet sena biex titlesta u beda jopera fl-1533.
- Postijiet ta' Interess ·