Fl-aħħar tas-seklu 18, Sir Agostino Portelli li kien il-fundatur tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta, ħareġ bl-idea li jibni villa fil-Kalkara. Huwa ħa din id-deċiżjoni minħabba l-Imblokk Franċiż tal-1798 meta l-Maltin kienu qed jiġġieldu mal-oppressuri tagħhom; għalhekk huwa ħaseb li kien ikun aħjar li jitlaq mil-Belt Valletta u jmur jgħix fil-kampanja. Il-villa tlestiet fil-bidu tas-seklu 19 u ġiet imsemmija Villa Portelli għal Sir Agostino Portelli. Waqt it-Tieni Gwerra Dinija, din il-villa saret ir-residenza uffiċjali tal-Uffiċjal tal-Bandiera ta’ Malta. Fl-1979 il-Kmandant tal-Forzi Ingliżi ta’ Malta, il-Kontrammirall O.N.A. Cecil, telaq minn Villa Portelli għall-aħħar darba. It-trasferiment tar-residenza uffiċjali kien parti mit-tluq minn Malta tal-Militar Ingliża. Fit-30 ta’ Jannar 1979, Villa Portelli ġiet mgħoddija lill-Gvern Malti u llum isservi bħala l-Istitut Marittimu ta’ Malta.
- Postijiet ta' Interess ·