Id-dar tal-Bojja

Fi triq Paċifiku Scicluna, wieħed isib binja antika żgħira li kienet isservi bħala d-dar tal-Bojja li tmur lura għas-seklu 16. Matul il-perjodu tal-Ordni ta’ San Ġwann u l-Inkwiżizzjoni, l-Bojja u l-familja tiegħu kienu jgħixu f’dan il-bini mingħajr ħlas. Id-dar tinsab viċin il-Palazz tal-Inkwiżitur li huwa l-post fejn kienu jsiru l-eżekuzzjonijiet. 

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print