Il-mitħna li tinstab fi Triq il-Mitħna f’Bormla hija magħrufa bħala l-Mitħna ta’ Santa Margerita. Il-mitħna nbniet fl-1674 flimkien mal-mitħna ta’ San Ġwann t’Għuxa li tinsab fit-tarf l-ieħor ta’ Bormla. Il-mitħna ta’ Santa Margherita hija waħda mit-tmien imtieħen li bnew l-aħwa Cottoner. Il-mitħna tikkonsisti f’bini kwadru. Fil-kmamar t’isfel sid il-mitħna kien iżomm l-għodda u l-annimali waqt li hu u l-familja tiegħu kienu jgħixu fl-ewwel sular. Il-mitħna tar-riħ kienet għadha taħdem sal-bidu tas-seklu 20 iżda fis-sebgħinijiet il-mekkaniżmu tagħha ġie żarmat biex tiġi rrestawrata l-mitħna Ta’ Xarolla fiż-Żurrieq. Illum il-mitħna ta’ Santa Margerita hija residenza privata.
- Postijiet ta' Interess ·