Il-kappella tas-Salvatur

Fl-1680, Fra Mario Bichi waqqa’ u reġa’ bena l-kappella tas-Salvatur fuq id-disinn ta’ Lorenzo Gafà. Il-kappella nbniet f’forma ta’ eżagonu, b’sitt ħitan, bejn wieħed u ieħor tal-istess tul. Il-pittura titulari tas-Salvatur Tagħna kienet impittra minn Mattia Preti, madankollu din insterqet fl-1798 waqt l-imblokk Franċiż. Il-festa tas-Salvatur Tagħna kienet tiġi ċċelebrata fis-6 ta’ Awwissu bit-tqassim tal-ħobż magħruf bħala ‘għażżiela’. Il-Kappella tas-Salvatur serviet bħala l-knisja Parrokkjali tal-Kalkara meta l-knisja ta’ San Ġużepp ġiet meqruda mill-bombi matul it-Tieni Gwerra Dinjija.

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print