Bażilika Marija Bambina

Il-Paroċċa tal-Isla li hija ddedikata lil Marija Bambina inbniet mil-perit Vittorio Cassar fl-1580 biex tikkomemora l-Assedju l-Kbir tal-1565. Eventwalment il-knisja saret Parroċċa fl-1581 wara li qabel kienet tifforma parti mil-Paroċċa tal-Birgu. Il-Knisja ġiet ikkonsagrata fl-20 ta’ Ottubru tal-1743. Fil-21 ta’ Mejju tal-1786, il-Papa Piju VI ipproklama l-knisja bħala “collegiate insignis” (knisja kolleġjata distinta) waqt li fl-1921 Papa Benedittu XV ta lil knisja t-titlu ta’ Bażilika. L-iktar opra tal-arti prezjuża ġewwa l-Bażilika hija l-istatwa tal-Bambina li hija l-Qaddisa patruna tal-Isla. Ġewwa l-knisja wieħed issib l-istatwa mirakoluża ta’ Ġesù Redentur li tattira diversi devoti kull sena.

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print