Knisja ta’ Santa Tereża

Il-Karmelitani waslu Malta fl-1418 u bnew l-ewwel knisja u kunvent tagħhom fil-limiti tar-Rabat. Fl-1625, l-ewwel komunità tal-Patrijiet Karmelitani Skalzi jew kif kienu magħrufa wkoll il-Patrijiet Teresjani stabbilixxew il-preżenza tagħhom f’Malta. Sentejn wara inbniet knisja temporanja waqt li beda l-bini tal-knisja l-ġdida ddedikata lil Santa Tereża ta’ Ġesù. Jingħad li l-knisja ta’ Santa Tereża kienet l-ewwel knisja li ġiet iddedikata lill-fundatriċi tal-Karmelitani Skalzi.

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print