Il-kappella ta’ San Ġwann Almoner tinsab fl-inħawi magħrufa bħala San Ġwann t’Għuxa f’Bormla. Il-kappella nbniet fl-1682, evidenza ta’ dan hija l-iskrizzjoni fuq il-faċċata li turi s-sena ta’ meta nbniet. Il-kappella kienet iffinanzjata minn Fra Pierre Vianny. Wara bosta snin ma tintużax il-kappella nbidlet f’ċentru kulturali fejn isiru laqgħat, esibizzjonijiet u attivitajiet kulturali.
- Knejjes ·