Knisja ta’ San Filippu

Fl-istess post fejn illum wieħed isib il-knisja ta’ San Filippu qabel kien hemm knisja oħra ta’ Porto Salvo. Din il-knisja nbniet fl-1596 biex taqdi l-bżonnijiet spiritwali tas-sajjieda tal-Isla. Fl-1662, din il-knisja ġiet mgħoddija lill-Oratorju ta’ San Filippu Neri u ġie deċiż li għandha titwaqqa’ biex tinbena knisja akbar. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni beda fl-1670 u l-knisja l-ġdida tlestiet sal-1690.

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print