Notre Dame Gate

Il-Mina ta’ Notre Dame hija d-daħla ewlenija tal-Cottonera lines. Fis-Seklu 17, il-kavallieri bdew jibżu minn attakk mill-imperu Ottoman u għalhekk fl-1670 iddeċidew li jibnu l-Cottonera lines biex isaħħu d-difiża tal-gżira. Ħames snin wara, fl-1675 tlesta l-bini tal-mina ta’ Notre Dame. Il-mina hija mibnija fl-istil Barokk u hija maqsuma f’ħames livelli li jinkludu kmamar taħt l-art, żewġ blokok ta’ kwartieri u superstruttura li tikkonsisti f’loġġa mibnija fuq żewġ livelli, veranda u bejt. Il-mina ta’ Notre Dame hija mniżla fl-Inventarju Nazzjonali tal-Propjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin u llum isservi bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-Fondazzjoni Wirt Artna.

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print