Is-Swar ta’ Santa Margherita

Il-fortifikazzjoni tas-Swar ta’ Santa Margherita jew kif inhuma magħrufa wkoll is-Swar ta’ Firenzuola nbnew fis-seklu 17 biex jissalvagwardjaw il-bliet tal-Birgu u l-Isla. Il-belt ta’ Bormla twaqqfet fis-seklu 18 fi ħdan is-Swar ta’ Santa Margherita u is-Swar tal-Kottonera. L-ewwel ġebla ta’ Swar ta’ Santa Margherita tqegħdet fit-30 ta’ Diċembru 1638 mill-Gran Mastru Giovanni Paolo Lascaris. Is-swar kienu ddisinjati minn Vincenzo Maculano de Firenzuola. Is-Swar ta’ Santa Margherita ilhom fuq il-lista tentattiva ta’ Malta ta’ Siti tal-Wirt Dinji tal-UNESCO mill-1998, bħala parti mill-Fortifikazzjonijiet tal-kavallieri madwar il-Portijiet ta’ Malta.

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print