Fort Rinella

Il-Forti Rinella hija batterija Vittorjana li nbniet mill-Ingliżi bejn l-1878 u l-1886 u hija waħda mill-erba’ batteriji kostali li kien fihom kanuni Armstrong ta’ 100 tunnellata. Fil-fatt, ġewwa l-forti għadu jinstab wieħed minn żewġ kanuni ta’ 100 tunnellata Armstrong li għadhom jeżistu. Il-forti nbena f’forma ta’ pentagonu irregolari kkonfinat b’ħofra fonda. Huwa maqsum f’żewġ livelli, struttura taħt l-art fejn wieħed isib il-kmamar tat-tagħbija u fil-livell tal-art kien hemm akkomodazzjoni għas-suldati u kmamar tal-makkinarju. Fl-1996, il-Forti Rinella nfetaħ għall-pubbliku bħala mużew fil-beraħ. Il-kanun ġie sparat għall-ewwel darba f’100 sena fil-21 ta’ Novembru 2005 mill-Kap Ministru ta’ Ġibiltà. Illum il-ġurnata l-kanun jiġi sparat darba fis-sena.

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print