Archbishop Gonzi Square

Misraħ Arċisqof Gonzi jinsab fix-Xatt tal-Kalkara jew kif kien magħruf wkoll il-Port tal-Ingliżi li hija daħla kennija għal ħafna dgħajjes tas-sajjieda. Madankollu, x-xatt jaħkmu ħafna il-Grigal. Ix-xatt, kenni u b’veduti spettakolari ġie estiż diversi drabi, inkluż l-iżvilupp preżenti li kien sar fis-snin ħamsin. Misraħ Arċisqof Gonzi kien imsemmi għall-Arċisqof Mikiel Gonzi li twieled il-Birgu fit-13 ta’ Mejju 1885.

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print