Il-monument tal-vittmi tal-gwerra, li jinsab quddiem il-knisja Parrokkjali ta’ Bormla kien magħmul minn Michael Camilleri Cauchi fl-1994 bħala parti mill-50 anniversarju mill-pellegrinaġġ li sar fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, meta l-istatwa tal-Kunċizzjoni irritornat lura Bormla. Il-monument ġie inawgurat fl-20 ta’ Novembru 1994 mill-eċċellenza tiegħu il-President ta’ Malta Dr Ugo Mifsud Bonnici u mbierek mill-Arċipriet ta’ Bormla il-Kan. Victor Cilia.
- Monumenti ·