Bust of Juan Batista Azopardo

Juan Bautista Azopardo twieled fl-Isla fid-19 ta’ Frar 1772. Kien jadem fuq bastiment tal-gwerra u ġġieled taħt il-bnadar tal-Olanda, Spanja, u l-Arġentina. Meta kien għadu żgħir huwa studja l-arkitettura navali fit-tarzna Franċiża f’Toulon. Aktar tard, Azopardo serva fil-flotot Franċiżi u Ingliżi. Huwa wasal f’Rio de La Plata fil-bidu tas-seklu 19. Azopardo serva bħala uffiċjal sekond tal-frejgata Dromedario b’ittra ta’ marka minn Montevideo. Huwa issielet l-Invażjoni Brittanika ta’ Buenos Aires. Azopardo ġġieled fil-Battalja ta’ San Nikola u fit-2 ta’ Marzu 1811 it-tliet vapuri tiegħu ffaċċjaw flotta navali superjuri b’seba’ vapuri. Il-vapuri tiegħu nqabdu u huwa ndarab u nżamm priġunier. Meta r-rivoluzzjoni ntemmet huwa ġie meħlus u rritorna l-Arġentina fejn ġie milqugħ bħala eroj. 

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print