The Inquisitor’s Palace

Il-Palazz tal-Inkwiżitur huwa wieħed mill-ftit binjiet tat-tip tiegħu. Hi binja ta’ valur storiku kbir għaliex għal aktar minn 224 sena kienet is-sede tal-Inkwiżizzjoni Rumana f’pajjiżna. Il-Palazz tal-Inkwiżitur inbena f’fażijiet differenti. Beda għal ħabta tal-1530 meta l-perit Niccolò Flavari adatta binjiet medjevali biex isservi bħala l-qorti tal-Ordni. Fil-Palazz tal-Inkwiżitur wieħed isib kollezzjoni għall-wiri li turi l-aspetti saljenti tal-kultura reliġjuża urbana ta’ Malta li tiffoka b’mod partikolari fil-bidu tal-perjodu modern u l-impatt tal-Inkwiżizzjoni fuq is-soċjetajiet Maltin matul is-sekli.

Aqsam l-għarfien
Facebook
LinkedIn
Email
Print