Mibnija matul il-maġistratura tal-Gran Mastru Fra Claude de La Sengle (1553-57) bħala residenza għall-Kappillani Konventwali tal-Ordni ta’ San Ġwann li kienu jservu fil-Knisja ta’ San Lawrenz. L-istil arkitettoniku tal-palazz huwa stil Rinaxximentali u jinkludi gwarniċ b’romblu triplu madwar it-tliet twieqi rettangolari fil-piano nobile li jinsab fl-ewwel sular tal-bini. Sfortunatament biż-żmien din il-binja tilfet il-ġenb tax-xellug tagħha.
- Palazzi ·