Ilqa’ s-Sena l-Ġdida b’lejla unika mimlija mużika u ferħ, fil-qalba tal-Kottonera!
DĦUL BLA ĦLAS
Ingħaqad magħna nhar il-31 ta’ Diċembru 2025, mit-8 PM ‘l hemm, għal serata ta’ spettaklu u divertiment.
Post: Fil-qalba tal-Kottonera
Il-Kunċert:
Iċċelebra s-serata b’wirjiet mill-aqwa mill-grupp mużikali Kantera u l-kantanti Matthew James u Ira Losco, akkumpanjati mill-preżentaturi Ray Calleja u Dorianne Mamo.
L-Aħħar Tokki Qabel Idoqqu Nofsilejl
Ilqa’ s-sena 2026 b’mużika enerġetika, murtali u drone show mill-isbaħ, u countdown memorabbli!
Ikel u Xorb
Se jkun hemm varjetà ta’ ikel u xorb matul il-lejl kollu.
Żona għat-Tfal
It-tfal jistgħu jgħaddu l-ħin f’żona ddedikata għalihom, mimlija attivitajiet divertenti.
Dwar il-Post
-
Direzzjonijiet: Tistgħu taraw fejn tridu tiġu bl-eżatt hawn.
-
Parkeġġ: Se jkun hemm parkeġġ fit-triq qrib fejn se jsir il-kunċert.
-
Aċċessibbiltà: Il-post huwa kompletament aċċessibbli.
Saħħa u Sigurtà
Se jkun hemm ambulanza fuq il-post matul is-serata lesta biex tagħti l-ewwel għajnuna.
Kellimna
Jekk għandkom xi mistoqsijiet, ibagħtulna email: info@kottonera.mt
Segwuna
Facebook | Instagram
Ibqgħu aġġornati!

Attività organizzata mill-Fondazzjoni Kottonera, bl-appoġġ tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, u Visit Malta.
