Kunċert ta’ Mużika Sagra

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Kottonera li tiġi ċċelebrata kull sena fit-23 t’Ottubru, din is-sena il-Fondazzjoni Kottonera se tkun qed torganizza Kunċert ta’ Mużika Sagra ġewwa l-Knisja Bażilika ta’ Marija Bambina fl-Isla.

Dan il-kunċert se jkun immexxi mid-direttur tal-orkestra, is-surmast Ray Sciberras. Il-mużika sagra li ser tiġi eżegwita waqt dan il-kunċert hi xogħol ta’ kompożituri mwielda fil-Kottonera jew maestri di cappella li servew fil-Parroċċi rispettivi tagħha. 

Dettalji

Data tal-avveniment
April 19, 2024

Time

7:30 pm
Post tal-avveniment
Il-Knisja Bażilika ta’ Marija Bambina

Cost

B'xejn