Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Kottonera, il-Fondazzjoni Kottonera se terġa’ torganizza Kunċert ta’ Mużika Sagra. Il-Kunċert ta’ Mużika Sagra ser jittella’ il-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru fis-7.30pm, ġewwa l-Knisja Matriċi Konventwali u Kolleġjata Insinji ta’ San Lawrenz  L.M. tal-Belt Vittoriosa.

Dan il-kunċert se jkun immexxi mid-direttur tal-orkestra, is-surmast Ray Sciberras. Il-mużika sagra li ser tiġi eżegwita waqt dan il-kunċert hi xogħol ta’ kompożituri mwielda fil-Kottonera jew maestri di cappella li servew fil-Parroċċi rispettivi tagħha.