Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Kottonera, il-Fondazzjoni Kottonera se terġa’ torganizza Kunċert ta’ Mużika Sagra. Il-Kunċert ta’ Mużika Sagra ser jittella’ it-Tnejn 23 ta’ Ottubru fis-7.30pm, fil-Knisja Parrokjali ta’ San Ġużepp, il-Kalkara.
Dan il-kunċert se jkun immexxi mid-direttur tal-orkestra, is-surmast Ray Sciberras. Il-mużika sagra li ser tiġi eżegwita waqt dan il-kunċert hi xogħol ta’ kompożituri mwielda fil-Kottonera jew maestri di cappella li servew fil-Parroċċi rispettivi tagħha.