Il-Fondazzjoni Kottonera u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali nedew applikazzjoni diġitali fuq il-pjattaformi
tal-iOS u Playstore bl-isem ta’ Explore Malta. L-għan ta’ din
l-applikazzjoni hu li tressaq lill-pubbliku aktar viċin il-wirt kulturali ta’
pajjiżna permezz tal-mobile. Dan il-proġett jikkonsisti f’informazzjoni u
ritratti tal-postijiet ta’ interess li jinsabu fil-lokalitajiet tal-Kottonera.
Kull min jixtieq iżur dawn il-postijiet storiċi jista’ jkollu aċċess għall-informazzjoni dwar il-post partikolari mill-mobile tiegħu stess billi jniżżel l-applikazzjoni
li ġġib l-isem EXPLORE MALTA. Permezz
tat-teknoloġija tal-Bluetooth, l-utent jiġi infurmat b’informazzjoni relatata
meta jgħaddi minn quddiem sit storiku jew monument. L-utent jista’ wkoll
ibiddel il-lingwa kif jippreferi.