Jitlesta r-restawr tal-kwadri tal-Via Sagra fil-Knisja tal-Kapuċċini, fil-Kalkara 

Share The Knowledge
Facebook
LinkedIn
Email
Print

 Il-Fondazzjoni Kottonera għadha kif lestiet ir-restawr ta’ 14-il kwadru tal-Via Sagra fil-Knisja tal-Kapuċċini fil-Kalkara. Dan tħabbar waqt żjara mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli u ċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Kottonera Joe Mizzi. 

Ġie spjegat li permezz ta’ professjonisti b’ħiliet u esperjenza vasta f’dan il-qasam, dawn il-kwadri, li maż-żmien beda jintilef id-dettal tagħhom, ġew restawrati b’attenzjoni kbira u rritornati għall-glorja oriġinali tagħhom. 

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li dan ir-restawr kien possibbli permezz tal-appoġġ u l-għajnuna finanzjarja tal-Fondazzjoni Kottonera. Hija qalet li l-gvern jinsab kommess li permezz ta’ din il-Fondazzjoni jibqa’ jkun ta’ spalla mal-kunsilli lokali ta’ dawk l-inħawi sabiex isiru proġetti kulturali ta’ dan it-tip. 

“Dawn it-tip ta’ proġetti huma importanti fil-komunitajiet tagħna u juru biċ-ċar l-impenn tal-Gvern li jkompli jżomm ħaj il-wirt kulturali u reliġjuż ta’ pajjiżna. Permezz ta’ dan il-proġett qed inżommu ħaj it-tradizzjonijiet Maltin, filwaqt li nkomplu nsaħħu l-valuri nsara,” qalet is-segretarju parlamentari. Hija temmet tgħid li l-konservazzjoni tal-wirt storiku huwa importanti ferm sabiex jibqa’ jitgawda mill-ġenerazzjonijiet li ġejjin, u għaldaqstant kommessi li jkomplu jħarsu l-wirt storiku ta’ pajjiżna. 

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Kottonera Joe Mizzi qal li fis-snin li ilha mwaqqfa l-Fondazzjoni għamlet diversi proġetti ta’ dan it-tip madwar il-Kottonera, sabiex jiġi ssalvagwardjat il-wirt li dawn l-ibliet għandhom. Is-Sur Mizzi kompla li parti mill-istrateġija tal-Fondazzjoni hija li żżomm ir-rikkezzi u l-kultura ħajja u biex dawn jitgawdew aktar min-nies. Sostna li l-Fondazzjoni kommessa li tkompli tgħin kemm tista’ biex dawn ir-rikkezzi ma jintilfux. 

Il-Patri Gwardjan tal-Knisja Miguel Zammit irringrazzja lill-Fondazzjoni Kottonera talli bis-sostenn tagħha qegħdin iżommu dan il-wirt kulturali u reliġjuż ħaj. 

Other Articles of Interest

The Kottonera Day is celebrated annually on the 23rd October. This year as part of the celebrations of the Kottonera Day, the Kottonera Foundation organised a concert of Sacred Music inside the Basilica of Our Lady of Victories in Senglea.