Jitlesta r-restawr tal-kwadri tal-Via Sagra fil-Knisja tal-Kapuċċini, fil-Kalkara

Il-Fondazzjoni Kottonera għadha kif lestiet ir-restawr ta’ 14-il kwadru tal-Via Sagra fil-Knisja tal-Kapuċċini fil-Kalkara. Dan tħabbar waqt żjara mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli u ċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Kottonera Joe Mizzi. Ġie spjegat li permezz ta’ professjonisti b’ħiliet u esperjenza vasta f’dan il-qasam, dawn il-kwadri, li maż-żmien beda jintilef id-dettal tagħhom, ġew restawrati b’attenzjoni kbira […]
ll-bidu ta’ xogħol ta’ restawr fuq it-tieni fażi tal-bastjun ta’ Notre Dame

Wara li ftit taż-żmien ilu tlesta x-xogħol ta’ restawr fuq il-Bieb ta’ Notre Dame u l-ewwel fażi ta’ xogħol ta’ restawr fuq il-bastjun ta’ Notre Dame, li jagħmlu parti mill-Kottonera Lines, issa qed naraw il-bidu ta’ xogħol ta’ restawr fuq it-tieni fażi tal-bastjun ta’ Notre Dame. F’din il-fażi se terġa’ tinkixef parti kbira minn dan […]
Ix-xogħol fuq l-ewwel fażi tar-restawr tas-Sur ta’ San Pawl f’Bormla miexi ġmielu!

Ix-xogħol fuq l-ewwel fażi tar-restawr tas-Sur ta’ San Pawl f’Bormla miexi ġmielu! Dan il-proġett, li jagħmel parti mill-Kottonera Lines, se jkompli jirriabilita s-swar li jdawru l-Kottonera. Dan ix-xogħol qed isir mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni bil-kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Kottonera. Progress is being made on the first phase of the restoration of St. Paul’s Bastion in Bormla, part […]